“L-Istorja Tiegħu Hija Tassew Ta’ Qsim Il-Qalb U Bħala Missier Jien Stess…” – James Vella Clerk

James Vella Clerk, qed joffri li jbiegħ pittura tiegħu sabiex ikun jista’ jgħin lil Sandro Grech li qed jiġbor il-flus sabiex ikun jista’ jipprova trattament ġdid kontra marda rari.

“Qed insegwi l-istorja tas-sinjur Sandro Grech, li qed jipprova jiġbor somma għal marda rari li għandu tal- leukaemia. L-istorja tiegħu hija tassew ta’ qsim il-qalb u bħala missier jien stess, nista’ biss nasal viċin nifhem kemm hu kiefer dan kollu qed li jġarrab.

Nixtieq nista’ ngħin ftit kif nista’. Għalhekk ser inkun qed noffri din il-pittura għal bejgħ b’auction silenzjuża. Din il-pittura kienet fl-aħħar esebizzjoni tiegħi Chronicles in Colour. Kienet ser tibqa’ fil-kollezjoni privata tiegħi għaliex hija pittura speċjali għalija. Iżda nkun ħafna iktar kuntent jekk inkun naf li ttieħdet għal kawża iktar ġusta. Ibgħathuli messaġġ privat. Il-bids jistgħu jibdew minn €1000.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI