Bil-Filmat: “Il-Fwied Tiegħi Bħalissa Huwa Aktar Kanċer Milli Fwied” – Nightbirde Titkellem Għala Kellha Tirtira Minn AGT!

Nightbirde, il-kantanta li saħħret lid-dinja permezz tal-verjżjoni tagħha fuq America’s Got Talent. Il-kantanta li t-tobba qalulha għandha biss 2% ċans li ssalva, iżda hi ma qatgħetx qalbha u baqgħet tiġġieled.





Sfortunatament, ftit jiem qabel il-live shows tal-istess programm, il-kantanta ħadet aħbar ħażina u kellha tirtira. Hawn fuq wieħed jista’ jsegwi intervista li tat lil CNN biex tispjega dak li għaddejja minnu.

B’tama tgħid li għandha kanzunetta oħra li qed taħdem fuqha u għalkemm il-fwied tagħha bħalissa fil-maġġoranza tiegħu huwa kanċer u mhux fwied temmen li ħa tgħix u ssalva.



Hi tgħaddi r-ringrazzjament tagħha lil kulħadd tas-sapport kontinwu. Speċjalment lil dawk li taw donazzjoni permezz ta’ Go Fund Me Page li jixtiequ jarawha tirbaħ din il-battalja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI