“Sfortunatament Dalgħodu Hemm Ħafna Li Mhux Se Jlestu L-Ewwel Pass!” – L-Infermier U Attur Eric Grech

Eric dalgħodu malli qam iddeċieda li jaqsam mal-ħbieb tiegħu ta' Facebook messaġġ qasir dwar dak li għandu pjanat illum. F'dan il-messaġġ toħroġ l-importanza li ngħixu jum b'jum u napprezzaw l-iċken ħaġa fil-ħajja.

Hu jibda billi jgħid, "Il-pjanijiet tiegħi għal din il-ġurnata huma sempliċi: L-ewwel pass imwettaq, qomt. Issa nieħu mument biex inkun grat għal dan ir-rigal. Ir-rigal ta’ ċans ieħor. Ġejt imbierek li jkolli ġurnata oħra mal-maħbubin tiegħi u n-nies li jimpurtahom minni."



Eric ikompli jfiehem, "Il-pass li jmiss, Agħżel li tkun kuntent. Ftakar li hija għażla. Li kieku din kienet l-aħħar ġurnata tiegħi, ma rridx ngħixha bi dwejjaq, rabja jew skuntentizza f'qalbi."

Fl-aħħar jagħlaq billi jgħid, "L-aħħar pass, attakka l-ħajja! Fakkar lilek nnifsek li qatt ma tieħu r-rigal ta' ġurnata oħra forgranted, għax sfortunatament dalgħodu hemm ħafna li mhux se jlestu l-ewwel pass!"

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI