"Ma Nistax Nemmen… Kont Sebbaħtilna S-Sigla Ta' Gizelle Bil-Vuċi Tiegħek" – Lara Azzopardi Lil Joseph Grech

Wara l-inċident traġiku tal-bieraħ fejn tilef ħajtu Joseph Grech fl-età ta’ 48 meta ttajjar minn ambulanza fil-konfini ta’ Mater Dei, kienu bosta dawk li sellmu l-memorja tiegħu u esprimew id-dieqa tagħhom.

Fosthom kien hemm l-attriċi veterana Lara Azzopardi.





“Ma nistax nemmen, Joseph. Xokk kbir illum. Bla kliem,” bdiet Azzopardi.

“Ħabib, kollega, tenur prim u bniedem ta’ qalb kbira,” issoktat Lara, hekk kif awguratlu li jistrieħ fis-sliem.

Azzopardi anke tfakkar kif il-vuċi stupenda ta’ Joseph Grech kienet sebħet is-sigla ikonika ta’ Gizelle fejn huwa kien wieħed mit-tenuri jkanta fl-isfond.



“Kondoljanzi lil familtek li kont inħobb,” temmet tgħid Lara.

Strieħ fis-sliem.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI