Il-paġna Mid-Djarju tat-Timba għadha kemm tat aġġornament tat-temp għal-lejl li ġej kif ukoll għal għada.
“Għalissa jibda mżewwaq bi sħab u rqajja ċari però wara nofsillejl jibda dieħel ħafna sħab għoli, u jisbaħ hekk.”
It-temperatura mistennija tinżel sa 13°C u togħla l-aktar sa 19°C. Ir-riħ jibqa’ xlokk moderat. L-umdita tkun 75%.
Il-paġna tkompli taġġorna, “Għada t-temp jum b’ħafna sħab għoli fejn ikollna ftit jew wisq xemx ukoll. Riħ mix-Xlokk iżid għal Forza 4/5.”
Nistennew aktar aġġornamenti dwar dan.