“F’Settembru Li Ġej, Pajjiżna Jirrikonoxxi L-Istat Palestinjan” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Riċentament, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela ħabbar li Malta ser tkun qed tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan. Flimkien ma’ Malta hemm ukoll Franza li se jkunu qed jagħmlu dan fix-xhur li ġejjin, u b’hekk iż-żewġ pajjiżi ser jingħaqdu ma’ bosta pajjiżi oħrajn li għamlu dan fil-passat.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Prim Ministru ta’ Malta qal, “Bħala Gvern ħadna d-deċiżjoni li waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Settembru li ġej, pajjiżna jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan. Din id-deċiżjoni ser tigi kkomunikata minn hawn u ftit ieħor permezz tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Christopher Cutajar waqt il-Konferenza ta’ Livell Għoli fuq is-Soluzzjoni taż-Żewġ stati bejn l-Israel u l-Palestina, tal-Ġnus Magħquda, li qed issir bħalissa fi New York.”

Temm billi qal, “Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna tixhed l-impenn tagħna sabiex tinstab soluzzjoni favur paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani.”





Facebook/Robert Abela



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI