Barbiera Maltija Rebbieħa ta’ Diversi Unuri Internazzjonali, Issa Fil-Ġurija Tal-Malta Barber Awards

Ix-xena tal-barbiera f’Malta qed tkompli tikber b’enerġija qawwija, u fiċ-ċentru ta’ dan il-moviment hemm barbiera li kisret kull aspettattiva.

Cherryanne Borg, barbiera Maltija multi-rebbieħa, ġiet uffiċjalment maħtura bħala parti mill-panel tal-ġurija għall-Malta Barber Awards – wieħed mill-ogħla unuri fl-industrija lokali.



Barbiera Cherryanne 1



Bħala rebbieħa ta’ tliet Fast Fade Battles internazzjonali u disa’ unuri oħra lokali u barranin, Cherryanne hi magħrufa għall-ħeffa, il-preċiżjoni u l-kreattività tagħha – kwalitajiet li poġġewha fuq quddiem nett f’dan is-settur.



Barbiera Cherryanne 2

Il-ħatra tagħha bħala ġurata hi rikonoxximent xieraq għal karriera mibnija fuq dedikazzjoni, talent u impenn li tgħolli l-livell ta’ dan il-qasam.

Hi wkoll figura ewlenija li tħarreġ u timmotiva lil barbiera żgħażagħ, filwaqt li toħloq spazji inklussivi u professjonali kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

“Għalija hu ta’ ġieħ u mument ta’ sodisfazzjon kbir. Minn fuq il-palk bħala parteċipanta għal fuq il-panel bħala ġurata – hija esperjenza li tagħlaq ċirku sħiħ,” qalet Cherryanne.

Barbiera Cherryanne 3

Bil-ħatra tagħha, mhux biss qed tikseb suċċess personali iżda wkoll qed tkompli tfassal l-istorja f’Malta bħala waħda mill-ftit nisa li laħqu dan il-livell fis-settur.

Cherryanne tibqa’ ispirazzjoni għal ħafna – mhux biss f’din l-industrija iżda għal kull min għandu ħolma u jrid jgħixha bis-serjetà u bil-passjoni.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI