Ix-xjentisti sabu viruses simili għar-razza li tikkawża l-Covid-19 li jistgħu jgħixu fuq drappijiet li jintlibsu b’mod komuni sa tlett ijiem. L-istudju mill-Università De Montfort f’Leicester ittestja dan fuq poliester, policotton u 100% cotton.
Ir-riżultati ssuġġerew li l-poliester kien l-ogħla riskju. Il-mikrobijoloġista, li mexxiet l-istudju, qalet li l-materjali, użati fl-uniformijiet tal-kura tas-saħħa, kienu ta’ riskju ta’ trasmissjoni. L-istudju ra qtar tal-virus miżjud mad-drappijiet. Ix-xjenzati mbagħad raw l-istabbiltà tal-virus fuq kull materjal għal 72 siegħa.
Ir-riżultati wrew li l-poliester kien l-ogħla riskju ta’ trasmissjoni, bil-virus għadu preżenti wara tlett ijiem u bil-kapaċità li jittrasferixxi għal uċuħ oħra. Fuq materjal ta’ 100% cotton, il-virus dam 24 siegħa, waqt li fuq polycotton, il-virus baqa’ ħaj għal sitt sigħat biss.
“Meta bdiet il-pandemija għall-ewwel darba, kien hemm ftit li xejn fehim ta’ kemm il-Coronavirus jista’ jgħix fit-tessuti,” qal Dr Laird, li huwa l-kap tal-grupp tar-riċerka tal-mard infettiv tal-università fid-DMU.
“Is-sejbiet tagħna juru tlieta mit-tessuti l-aktar użati fil-kura tas-saħħa jippreżentaw riskju għat-trasmissjoni tal-virus.” Jekk infermiera u ħaddiema tal-kura tas-saħħa jieħdu l-uniformijiet tagħhom id-dar, jistgħu jkunu qed iħallu traċċi tal-virus fuq uċuħ oħra u b’hekk wieħed għandu joqgħod ferm attent.