“Kull Bidu Fih It-Tmiem Tiegħu” – L-MP Carm Mifsud Bonnici Jtemm Kapitlu U Jibda Ieħor Ġdid

Il-Membru Parlamentari Carm Mifsud Bonnici, ħabbar li se jkun qed jagħlaq kapitlu kbir minn ħajtu f’din l-elezzjoni ġenerali li ġejja, għaliex iddeċieda li mhuwiex se jerġa’ jikkontesta. Ħass li wasal iż-żmien li ħaddieħor ikompli jibni fuq dak li għamel hu.

Permezz ta’ filmat qasir fuq il-paġna tiegħu, hu spjega, “Xtaqt inwasslilkom messaġġ qasir. Kull bidu fih it-tmiem tiegħu. Wara ħafna ħsieb u riflessjoni, iddeċidejt illi ma nikkontestax għall-elezzjoni ġenerali li ġejja. Ili 28 sena nservi fil-parlament f’isimkom. Fl-oppożizzjoni, bħala back bencher, u bħala Ministru, iżda issa wasal iż-żmien illi ħaddieħor jidħol u jkompli jservi floki, u jibni fuq it-tajjeb li jien se nħalli warajja.”

Żied jgħid, “Minn qalbi nirringrazzjakom ħafna.”



Nirringrazzjawh tax-xogħol tiegħu u nawgurawlu għal dan il-kapitlu li jmiss!





Ritratti:

Facebook / Carm Mifsud Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI