“Jien Ħaddiem… U Naf Xi Jfisser Tasal Waħdek” – Johan Mifsud F’Jum Il-Ħaddiem

Fuq il-paġna tiegħu, Johan Mifsud kiteb li jaf xi tfisser tbatija u għalhekk jammira lil kull ħaddiem, speċjalment dawk li jaħdmu fis-skiet.

Hu kiteb, “Illum Jum il-Ħaddiem. Jien ħaddiem… u naf xi jfisser tasal waħdek. Batejt biex wasalt fejn wasalt, u ħadd ma tani xejn. Anzi, kien hemm min ipprova jeħodli dak li hu tiegħi. Fuq dik nitkellem darba oħra. Illum, però, nagħżel li nagħti rispett lil min tassew jistħoqqlu. Lill-ħaddiema kollha… imma fuq kollox lil dawk li jaħdmu fis-skiet, bla storbju u bla ma jistennew xejn lura.”



Żied jgħid, “Lil min iqum kmieni, jaħdem sigħat twal u jerġa’ lura d-dar għajjien… imma xorta jagħmel minn kollox biex il-familja tiegħu ma tonqos minn xejn. Lil min iġorr responsabbiltajiet kbar u xorta jibqa’ sod, konsistenti u dixxiplinat. U fuq kollox… lil dawk li jagħżlu d-dinjità. Li ma jabbużawx mis-sistema, li ma jfittxux shortcuts, li jafu li dak li għandhom jiġi mix-xogħol u mhux minn opportuniżmu.”





Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI