Il-kantanta Jessika Muscat ta’ spiss tikteb messaġġi ta’ nkoraġġiment fuq il-midja soċjali. Din id-darba fuq Instagram xtaqet tfakkar lis-segwaċi tagħha xi ħaġa żgħira.
View this post on Instagram
“Tfakkira ġentili ta’ malajr biex titbissem lin-nies u biex tiftakar li int biżżejjed, int qed tagħmel biżżejjed u int sabiħ/a eżatt kif int,” bdiet hi.
“M'għandek bżonn l-approvazzjoni ta’ ħadd .. xtaqt li kont naf dan bosta snin ilu biex neħles minn ħafna uġigħ ta' qalb u ngawdi l-veri barkiet tal-ħajja.”
View this post on Instagram
Xi kultant naħsbu wisq fin-nies li jippruvaw ikissruna, jikkritikawna, jew iwaqqgħuna ħażin. Imma naħseb irridu naslu f’punt fejn nieqfu nagħmlu dan u nibdew naċċettaw lilna nfusna aktar.
Facebook/Jessica Muscat