Kulħadd baqa’ b’ħalqu miftuħ xħin Yulan kantat l-ewwel darba quddiem il-ġurija! Vuċi inkredibbli minn tifla daqshekk żgħira. Għandha biss 11-il sena! Lil Yulan rajnieha tieħu sehem fil-Malta Junior Eurovision ta’ din is-sena mal-kantant Gianluca. Għas-semi-finali Yulan għażlet li tkanta Chandelier, kanzunetta popolari u irranġatha din il-kanzunetta biex tiġi għall-istil tagħha.
Howard qal, “Wow! Onestament prestazzjoni kienet inkredibbli. Jien miniex tajjeb biex niftakar l-ismijiet imma l-prestazzjoni tiegħek bqajt niftakarha. Kieku kont nagħtik golden buzzer!”
Maxine qalet, “Int eċċezjonali! Dik kienet opening ta’ vera!
Sarah qalet, “Ma stajtx tagħtina prestazzjoni isbaħ minn dik”
u Ray qal “Lili qabbadtni l-bard! Eċċellenti!”
Nawguraw lill-kantanta Yulan Law!
Ibgħat SMS vojt fuq 50614401 għal Yulan Law. Tista' tivvota 3 darbiet biss għal kull kontestant u kull SMS jiswa 47ċ.