“41 Sena. Grazzi Lil Kull Min Daħal F’Ħajti…” – L-Attur, Direttur U Produttur Lokali Clive Piscopo Jiċċelebra Għeluq Sninu

L-attur, direttur u produttur lokali Clive Piscopo llum jiċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum, hu jtella’ ritratt b’ringrazzjament lejn dawk kollha li kienu parti minn dan il-vjaġġ.





Hu jikteb, “41 sena. Grazzi lil kull min daħal f’ħajti, speċjalment lil min baqa’ fiha, min emmen fija, min issapportjani kif seta’, u min ħabbni kif jien. L-isbaħ żmien hu dejjem il-mument t’issa.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Clive l-isbaħ xewqat u nittamaw li barra li jkollu jum mill-aqwa, nawgurawlu sena mimlija saħħa, hena u avventura ġodda li jgħinuh jimraħ fis-settur tiegħu.

Awguri Clive!

Facebook / Christine J. Muscat-Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI