Lee huwa tifel nieqes mid-dawl. Sena ilu Lee ra l-istorja ta’ Quiven; tifel li bħalu hu nieqes mid-dawl iżda rnexxielu jikseb ħafna libertà permezz ta’ nuċċali partikolari li jiggwidah billi jagħtih id-direzzjonijiet u jgħinu jimxi fit-triq.
F’filmat emozzjonanti li tellgħet fuq il-midja soċjali l-għaqda filantropika The Malta Trust Foundation, Lee jistqarr li hu wkoll jixtieq li jkollu dan in-nuċċali sabiex “imqar inkun nista’ mmur mixja sal-pjazza”.
Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju se tkun qiegħda sseħħ maratona ġbir ta’ fondi li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha sabiex fost oħrajn persuni bħal Lee jingħataw l-għajnuna li tant għandhom bżonn.
Ejjew ngħinu lil Lee!
Facebook / The Malta Trust Foundation