"Il-Visti Fl-Isptarijiet Tagħna… Ħa Jkunu Mwaqqfa" – Il-Ministru Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li minħabba l-fatt li l-virus jinsab fil-komunità, ittieħdet id-deċiżjoni li għalissa ma jkun hemm visti l-isptar minħabba li ħafna drabi l-virus kien qed jidħol fl-isptar minn nies li qegħdin fil-komunità.

Barra minn hekk, hu ħabbar ukoll li r-restrizzjonijiet li kienu se jitneħħew fid-djar tax-xjuħ, ħa jibqgħu hemm għall-ġimgħat li ġejjin. Dan sakemm jinżlu xi ftit in-numri.

Il-Ministru qal li l-età ta’ dawk li mietu bil-Covid-19, fil-maġġoranza tagħhom kienu ‘l fuq minn 80 sena. Dawn issa jinsabu kważi kollha mlaqqma u b’hekk niżlu n-numri. Hu qal ukoll li l-frontliners kollha huma mlaqqma.

Dalwaqt ħa jkunu qed joħorġu l-inviti għal dawk ta’ aktar minn 60 sena.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI