Tinġabar Somma Sabiħa Għal Puttinu Cares Fil-Funeral Ta’ Phyllis Bezzina

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares urew il-gratitudni tagħhom mal-familja ta’ Phyllis Bezzina fejn fil-funeral tagħha nġabret somma sabiħa li ngħatat lil Puttinu Cares.



Huma qalu, “nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lill-familja ta’ Phyllis Bezzina għad-donazzjoni ġeneruża tagħhom ta’ €905 li nġabru fil-funeral tagħha. F’dan iż-żmien diffiċli, nitolbukom iżżommu lill-familja ta’ Phyllis fi ħsiebkom u fit-talb tagħkom. Tistrieħ fis-sliem u grazzi tal-qalb tajba u tas-sapport tiegħek.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha, filwaqt li ngħidulhom ukoll prosit ta’ dan il-ġest tant sabiħ li għamlu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI