Tiziana Caruana, mill-pjattaforma tagħha ta’ lifeoftiziana fuq Instagram, tħabbar il-mewt tal-għażiża nanna tagħha.
“Nanna, illum kienet l-aħħar ġurnata ta’ ħajtek. Gawdejtha immens il-ħajja. Int mara ta’ kuraġġ u mara ta’ eżempju għal kulħadd li fil-ħajja ma għandekx taqta’ qalbek. Inħobbok nanna sakemm nerġgħu niltaqgħu xxxx.”
In-nanniet għandhom post speċjali fil-qalb tagħna. B’qalb dejjem miftuħa, ħafna drabi jkunu l-persuni li jagħtuna sens ta’ sigurtà u stabbiltà, speċjalment fi żminijiet diffiċli. Minn togħma ta’ riċetta antika sal-kliem ta’ faraġ f’mument ta’ dwejjaq, nanna taf tkun dawl f’jum mudlam. Huma t-tifkiriet magħhom li nsibu l-kumdità u l-għożża li l-ebda ħin ma jista’ jeħdilna. In-nanniet huma teżor ħaj, u l-imħabba tagħhom tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.
Kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan il-mument ta’ swied il-qalb.
View this post on Instagram