“Tard Filgħaxija Ser Jersaq Ftit Sħab Oħxon Li Hemm Ċans Jaqbadna U Wkoll Jaf Ixarrabna, Ma Neskludix Li Narawh Iberraq Ukoll.” – Mid-Djarju tat Timba

Temp 14 04

Illum, skont dak li ġie rrappurtat mill-paġna Mid-Djarju tat-Timba, it-temp mistenni jkun kemxejn imħallat.

Matul il-ġurnata, il-kundizzjonijiet se jkunu fil-biċċa l-kbira xemxin, iżda b’ammont konsiderevoli ta’ sħab għoli li jaf jagħti dehra ftit imċajpra. Dan is-sħab mistenni jibda jiċċara gradwalment mal-ħin.

“Tard filghaxija ser jersaq ftit sħab oħxon li hemm ċans jaqbadna u wkoll jaf ixarrabna, ma neskludix li narawh iberraq ukoll. Riħ. Riħ nibdew varjabli sakemm isib postu tard illum u jsir ħafif sa moderat mit-Tramuntana. L-ogħla 21°C, l-inqas 12°C”

Fir-rigward tar-riħ, fil-bidu tal-ġurnata se jkun varjabbli, iżda mistenni jsib direzzjoni aktar stabbli aktar tard u jsir ħafif sa moderat mit-Tramuntana.

It-temperaturi mistennija jilħqu massimu ta’ 21°C, filwaqt li l-inqas jinżlu għal madwar 12°C.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI