Kanzunetta kurrenti b'ħoss li jidħollok f'moħħok u tibda tiċċaqlaq mal-ħoss tas-saxophone! Din hi l-ewwel kanzunetta tal-grupp 'The Busker' wara waqfa. Bħalissa dan il-grupp għaddej minn proċess ta' bidla.
Sean minn 'The Busker' qal, "Flok iddeċidejna li mmoru f'xi ħaġa standard ser imorru għall-proġett ta' kollaborazzjoni minn artisti differenti!". Fuq l-ewwel kanzunetta Sean jgħid li ma jimmaġinax persuna aħjar minn Matthew James bħala kantant, "Għamel lill-kanzunetta ġustizzja, għandu ħafna abilitajiet, ma nimmaġinax kantant ieħor li ser joħroġ l-aqwa tagħha din il-kanzunetta!".
Matthew jgħid li għal bidu kellu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-kanzunetta, "Fl-aħħar għandi opportunità li nikkolabora ma' 'The Busker' bħala kantant".
Awguri 'The Busker' għal aktar suċċessi!