Fl-aħħar sigħat il-paġna It-Temp Madwarna ħabbret it-tbassir tat-temp għall-ewwel parti ta’ din il-ġimgħa. Illum mistenni li ħa jkollna xi maltempata fil-ħin ġej hekk kif “maltemp jidher riesaq mil-lbiċ.”
F’post separata l-paġna aġġornat ukoll dwar it-temp għall-ewwel erbat ijiem ta’ din il-ġimgħa. “Il-gżejjer Maltin se jkunu fil-mira ta’ pressjoni baxxa ċiklonika li minn fuq it-Tuneżija se tersaq lejn il-Golf ta’ Sirte u l-Baħar Jonju. It-temperatura se terġa’ tiffriska u t-temp mistenni li jkun ġeneralment instabbli. It-temp mistenni li jkun b’episodji ta’maltemp l-aktar fl-ewwel erbat ijiem tal-ġimgħa. Xi waqtiet bil-bnazzi ma jonqsux u xi ħalbiet tax-xita jistgħu jkunu intensi.”
Apparti minn hekk il-paġna tinforma lill-pubbliku li r-riħ se jkun varjat hekk kif il-vortiċe tas-sistema ta’ maltemp se jkun viċin dawn l-inħawi. L-ogħla temperatura ser titbaxxa għal madwar 22°C, filwaqt li tonqos taħt l-20°C fl-ambitu ta’ ~17°C.
Facebook/ It-Temp Madwarna