"L-2020 Kienet Diffiċli Ħafna Għalik, Bqajt 'Il Bogħod Mill-Familja U L-Ħbieb Tiegħek Għal Sena Sħiħa Minħabba L-Pandemija" – Kaya Lil Żewġha

Ir-raġel ta’ Kaya llum qed jiċċelebra għeluq sninu u f’dan il-jum hi ħallietlu messaġġ ta’ mħabba biex tawgurawlu f’dan il-jum speċjali u tgħidlu li tifhem il-fatt li hu ilu ma jara l-familjari għeżież tiegħu għal żmien twil. Ir-raġel ta’ Kaya hu Taljan u b’hekk bħal ħafna minnha ilu żmien ma jsiefer u jmur lejn pajjiżu.





Kaya tgħidlu, “Awguri f’għeluq sninek lil l-imħabba tiegħi. L-2020 kienet diffiċli ħafna għalik, bqajt ‘il bogħod mill-familja u l-ħbieb tiegħek għal sena sħiħa minħabba l-pandemija. Dan huwa t-tieni għeluq sninek mingħajr familja u huwa saħansitra iktar diffiċli għax timmisjahom aktar.”

Hi tkompli tgħidlu, “Naf li ma nistax nimla l-vojt kollu tiegħek għall-familja tiegħek, imma rrid li tkun taf li jien hawn biex nagħmel il-ġranet tiegħek aħjar, speċjalment illum f’għeluq sninek. Nispera li din il-pandemija tintemm kemm jista’ jkun malajr. Inħobbok ħafna.”

Facebook / Kaya



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI