Puttinu Cares jaqsmu li rċevew id-donazzjoni ta’ €3,645 f’għeluq Karim Cassar. Fuq il-mezzi soċjali tagħhom huma jiktbu, “Awguri lil Karim Cassar! Għalaq 50 sena u minflok rigali, għażel li jiġbor €3,645 għal Puttinu Cares! Ġest tassew nobbli! Nifirħulek Karim u grazzi tas-solidarjetà! Nixtiqulek ħafna saħħa u barka.”
Sabiħ li tara diversi inizjattivi minn nies differenti biex jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn f’okkażjonijiet speċjali. Kull għajnuna tkun apprezzata ferm u ċertament li dawk li qed jibbenefikaw minnha japprezzaw li f’ċelebrazzjonijiet varji, in-nies qed jaħsbu f’dawk li l-aktar għandhom bżonn.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlek l-isbaħ xewqat Karim u nittamaw li jkollok sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbek, inkluż ħafna saħħa u hena. Awguri!