Infermiera li rebħet il-kanċer mietet traġikament aktar tard bil-Coronavirus wara li qabditu minn ġewwa l-isptar fejn kienet taħdem. L-armel devastat tagħha, John Careless, minn Birmingham, ħeġġeġ lin-nies biex isegwu r-restrizzjonijiet tal-gvern hekk kif fetaħ qalbu dwar il-battalja ta’ martu Valerie mal-virus qattiel.
Ir-raġel ta’ 64 sena qal lil Birmingham Live: “Sinċerament nittama li din l-aħbar tixxokkja lin-nies, u jekk tinbidel l-opinjoni ta’ persuna waħda, ħajjitha tkun tfisser xi ħaġa. In-nies qed jagħmlu dak li jridu u hija n-natura umana. Imma m’hemmx biżżejjed nies li tilfu lil xi ħadd. In-nies jaħsbu li l-affarijiet ħżiena ma jiġrux lilhom.”
John qal li kien imħasseb dwar saħħet martu u ssuġġerixxa li hija setgħet qabdet il-virus wara li rritornat għax-xogħol f’Marzu wara li dak ix-xahar ġiet mogħtija l-konferma li fieqet kompletament mill-kanċer.
Hu jtemm jgħid, “il-Covid-19 huwa reali u jaffettwa ħajtek għal dejjem. Jekk jogħġbok, tħallix li jiġri lilek, jew lin-nies li tħobb.”
Facebook / Dignity for all