L-Etna Żbroffa Lbieraħ Filgħaxija – B'Xorti Tajba Ħlisna Mill-Irmied Vulkaniku Bl-Eżatt!

Ilbieraħ filgħaxija, l-Etna fi Sqallija żbroffa (għal darb’oħra), iżda jidher li Malta ma ġietx affettwata minnu – tal-anqas din id-darba. Skont il-paġna Maltese Islands Weather, “Sħaba densa ta’ irmied qabżet lill-Gżejjer Maltin bi żbrixx, hekk kif ir-riħ dar mill-Majjistral bl-eżatt biex b’hekk dan l-irmied spiċċa mbuttat ftit kilometri biss il-barra lejn il-lvant!”





Filwaqt li ma konniex affettwati din id-darba, in-nies tal-lokal fakkru f’mumenti oħra matul is-snin meta l-karozzi u s-soqfa kienu mgħottija bl-irmied iswed li kellhom inaddfu bil-paċenzja kollha. M’hemmx x’taghmel hux! Nirringrazzjaw lir-riħ din id-darba!

Facebook / Mark Zammit Cordina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI