Meta tinqala’ xi ħaġa medika, faċli tfixkel il-pjanijiet u l-iskeda tagħna ta’ kuljum – imma m’hemmx x’tagħmel! Dan hu l-messaġġ tal-preżentatur maħbub Ryan Borg illum hekk kif jinsab l-isptar.
“Bonġu mill-isptar illum,” ġie miktub fuq il-paġna tal-Facebook Ryan and Josmar. “Kultant trid u ma tridx ikollok tieqaf ftit mill-pjanijiet tal-ħajja. Grazzi lit-tobba u n-nurses kollha tax-xogħol enormi tagħhom.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ fejqan ta’ malajr lil Ryan.
Facebook / Ryan and Josmar