Illum huwa għeluq snin Alex Grech, wieħed mill-ikbar DJs fix-xena lokali, magħruf l-aktar għall-parties bil-mużika taż-żmien 80. Alex twieled fl-1 ta’ Mejju tal-1965 u b’hekk illum hu għalaq 61 sena.
Fuq il-Facebook tiegħu, Alex tella’ ritratt tiegħu b’tazza xampanja u bil-kliem, “L-ewwel wieħed ta’ 61. Grazzi mill-qalb tal-awguri u niltaqgħu għada ġimgħa Gianpula.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Alex f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Alex Grech