"Jien Ngħix Għalihom, Jien Naħdem Għalihom" – Simone Falzon B'Qalb Maqsuma Tirrakkontalna X'Ġara!

Din il-ġimgħa, fuq Gwida.mt, ġibna l-istorja ta’ Simone Falzon sid il-ħanut ġewwa l-Belt Valletta Maori li ma fetħitx il-ħanut minħabba li skopriet li l-kitten tagħha instab mejjet fil-baħar. Kellha qalbha sewda wisq u l-inqas ħaġa li kellha moħħ kien li tiftaħ il-ħanut. Simone spjegatilna li hi tgħix għall-qtates.

Iżda l-każ ta’ din il-mewta mhux każ ta’ sempliċiment mewta ta’ qattus, imma mewta ta’ diversi qtates. Simone tgħidilna li fl-area tagħhom kellhom madwar 15-il qattus li issa spiċċaw biss għal ħamsa. X’qed jiġri minn dawn il-ħlejjaq innoċenti!?





Jidher li t-tweġiba ħarġet mill-ftit stħarriġ li għamlet Simone stess. Simone tgħidilna li fil-25 ta’ Awwissu permezz ta’ CCTV rat raġel jipprova jaqbad il-qtates tagħha, hu dam madwar siegħa jipprova jagħmel dan, infatti kif rat hekk għamlet kuntatt ma’ Animal Rights Malta fejn qalulha biex tieħu l-filmat ta’ CCTV lill-pulizija.

Simone, tistqarr magħna li għalkemm mhux xi waħda teknoloġika rnexxielha tmur bil-filmat tliet ijiem wara fejn daħlet ir-rapport lill-pulizija. Sforunatament, l-għada li daħal ir-rapport, il-Ħadd bdew ixommu riħa tinten ġejja minn skip fil-viċin u t-Tnejn skoprew li kien hemm qattus mixħut mejjet fih.



Jumejn biss wara, l-Erbgħa, mara ġiet tkellem lil Simone biex tgħidilha li hemm raġel qed jipprova jaqbad il-qtates. Simone, tgħidilna li l-inkwiet tagħha kien evidenti iżda sfortunatament ħadd ma kien qed jagħmel xejn.

Milo, il-kitten ta’ ħames xhur li kien tant u tant għal Simone, kien qisu t-tifel tagħha. Hi kienet iżommu ġewwa minħabba dak li kien għaddej u wkoll minħabba l-fatt li Milo kien ikompli ma’ kulħadd.

Sfortunatament, l-Erbgħa stess waqt li kienet qed tonxor il-ħwejjeġ ħalliet lil Milo idur naqra fil-madwar u Milo spiċċa mitluf. Meta ċċekkjat il-filmati fuq CCTV, Simone rat raġel jipprova jaqbad lill-qtates. Hi reġgħet għamlet kuntatt iżda kollu ta’ xejn. L-għada l-ġimgħa, mara tgħidilha li sabu qattus ieħor mormi l-baħar u dan il-qattus ħaduh Animal Welfare.

Fi spazju ta’ ftit jiem, żewġ qtates spiċċaw vittma. Simone tgħidilna b’qalb maqsuma li kienet taf eżatt fejn ħa ssib lil Milo u l-ħolma kerha tagħha saret realtà. Dan fl-aħħar mill-aħħar hu reat u hemm bżonn li titieħed azzjoni fuq min qed jagħmel din il-krudelta fuq dawn il-ħlejjaq innoċenti.

Simone tgħid lilna ta’ Gwida.mt, li kieku ma ħaditx azzjoni hi u għamlet l-investigazzjoni tagħha, tista’ tgħid li ma kien isir xejn. Il-pulizja għamlu kuntatt magħha f’waħda mill-ġranet għax kumbinazzjoni ltaqgħu mar-rapport u l-filmat li kienet għaddietihom. Mill-aħħar informazzjoni jidher li l-pulizija arrestat persuna b’rabta ma’ dan il-każ iżda l-persuna ġie rilaxxat!

Simone fl-aħħar tgħidilna, “X’iktar għandhom bżonn?” Dawk kollha li jħobbu l-annimali jistgħu jissimpatizzaw ma’ Simone u dak li għaddejja minnu. Hi inaċċettabbli li persuna taħqar u toqtol ħlejjaq innoċenti bħal dawn. Aħna rridu nkunu l-vuċi tagħhom u nipproteġuhom bil-qawwa kollha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI