Il-personalità lokali Clifford Galea fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam kemm hu importanti t-2 ta’ Ġunju għalih! Bl-aktar mod sinċier hu jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu sabiex jagħmel kuraġġ lil ħaddieħor.
Clifford jibda billi jgħid, “It-2 ta’ Ġunju jfisser ħafna għalija. F’dan il-jum twelidt mill-ġdid. Sibt ħafna mħabba, sapport u inkoraġġiment. Bl-onestà, l-opportunitajiet ġew. Ma spiċċax kollox.”
Hu jżid, “Stagħnejt b’esperjenza u tagħlim li bihom nservi t’għodda f’id l-oħrajn. Wegħedt lili nnifsi li t-togħma qarsa li doqt, tkun għasel u tama għal ħaddieħor. Grazzi OASI Foundation. Kuraġġ inti li għaddej … Jien u oħrajn bħali, hawn għalik!”
Kellu bżonn ikun hawn oħrajn li ma jiddejqux jagħmlu dan il-pass!
Facebook / Clifford Galea