Illum tiċċelebra għeluq sninha Doris, omm Joseph Armani u f’dan il-jum speċjali ħallielha erba’ kelmiet li jmissu l-qalb. Joseph jibda billi jgħidilja, “Happy Birthday tmur lil din ir-ruħ sabiħa jiena mbierek li nsejjaħ mama. Li kieku ħajjitna kienet film, bla dubju kienet tkun blockbuster u kont tkun ippremjata b’oscar inkluż il-lifetime achievement award.”
Hu jżid, “M’hemmx kliem biex niddeskrivi kemm jien grat għal dak kollu li għamilt għalija u għal ħuti, meta tqis il-limitazzjonijiet li kellek waqt li konna nikbru! Int tkun għal dejjem in-numru 1 tiegħi u ngħożż il-valuri tal-ħajja kbar kollha li rawwimtni fihom, li issa qed ngħaddihom lis-subien tiegħi li naf li t-tnejn li huma se jkunu rġiel mill-aqwa fil-futur, grazzi għalik.”
Hu jagħlaq bil-kliem, “Inħobbok ma bla tmiem. Happy Birthday.” Aħna f’isem Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata u sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha.
Facebook / Joseph Armani