Ħa Jxarrabna T-Temp Issa Li Waslet Tmiem Il-Ġimgħa?

Aktar kmieni din il-ġimgħa kien qed jiġi rrapurtat li l-ġurnata tas-Sibt ħa tkun mimlija bil-maltemp. Iżda donnu li nbidel kemxejn it-temp, il-paġna ta’ Facebook it-Temp Madwarna, ħarġet rapport ta’ x’għandna nistennew eżatt fil-jiem li ġejjin.





Kollox jidher li s-Sibt mhux ħa nesperjenzaw xita, il-paġna tirraporta li t-temp ħa “jissaħħab ħafna f’xi ħinijiet speċjalment lejn nofs il-jum, iżda jiċċara wara.” Iċ-ċans ta’ xita issa niżel għal 30% filwaqt li t-temp għal Ħadd hu mbassar, “Ftit jew wisq imsaħħab biċ-ċans ta’ xi ħalba xita lokalizzata.” Iċ-ċans ta’ xita jitla għal 45%.



Jekk għandkom xi pjanijiet għal din tmiem il-ġimgħa tajjeb li tieħdu ħsieb għalkemm jekk qed tippjanaw xi ġurnata baħar, jekk tagħmel ftit xita xorta imxarrbin ħa tkun.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI