Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 121 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 105 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2167. Apparti minn dan, żewġ persuni oħra tilfu ħajjithom, li jfisser li issa l-ammont ta' vittmi tela' għal 108.
It-total ta' każijiet li kellna s'issa jammonta għal 8681. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.
Id-dettalji fuq il-każijiet il-ġodda se jingħataw minn Prof. Charmaine Gauci waqt konferenza fin-12:30.
Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.