Bil-Filmat: Jacqui Losco Kienet Il-Persuna Wara L-Kostum Ta' Widnet Il-Baħar!

Id-detectives tal-programm sabu ruħhom f’dilemma meta ġew biex jiddeċiedu min jista’ jkun il-persona misterjuża wara l-kostum ta’ Widnet il-Baħar. L-ewwel impressjonijiet kienu forsi jqarrqu xi ftit, hekk kif il-vuċi u l-preżenza fuq il-palk kienu jqajmu suspett iżda fl-istess ħin ħawdu lid-detective waħda sew.

Kien Ryan li ħa l-inizjattiva u semma lil Jacqui Losco bħala l-ewwel għażla tiegħu, billi osserva ċerti sfumaturi fil-mod kif Widnet il-Baħar kienet timxi u tkanta – elementi li jfakkruh f’Jacqui. Min-naħa tiegħu, Josmar deher ftit aktar konvint li kienet Ira Losco, forsi minħabba ċerta karizma u kontroll tal-vuċi li jagħtu sens ta’ esperjenza fuq il-palk.





Minkejja dan, Amber u Valentina ddeċidew li jsegwu dak li ħass Ryan u qablu miegħu li kienet Jacqui Losco li kienet moħbija taħt il-maskra. Meta fl-aħħar il-misteru żvelat u l-kostum tneħħa, ir-riżultat kien ċar – Ryan, Amber u Valentina kellhom raġun!

Huma kien irnexxielhom jaqtgħu min kien hemm wara l-maskra. Kontu sorpriżi?



Facebook / Jacqui Losco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI