Bella hija ferrett u ilha mitlufa għal dawn l-aħħar jiem! Sidha Casey Connor qed tagħmel appell sabiex jekk xi ħadd isibha lil Bella jċempel fuq in-numru li jidher hawn taħt! Hi lesta li tagħti €400 bħala premju lil min jirnexxielu jieħu lil Bella lura għand sidha.
Bella hija wkoll annimal ta’ sapport li tgħin lil sidha bl-ansjetà li taffaċċja kuljum. Bella għidha żgħira, għandha sena u ninsabu ċerti li bħal ma sidtha qed tħoss in-nuqqas tagħha, Bella wkoll tixtieq li tirritorna lura ma’ sidtha.
Hi ntilfet fi Fleur-de-Lys. Dawk kollha li forsi għandhom xi informazzjoni jkun tajjeb li tagħmlu kuntatt ma’ sidha. Jekk le, dejjem tistgħu tgħinu billi taqsmu dan l-artiklu ma’ sħabkom forsi xi ħadd ra jew sabha.
Facebook / Casey Connor