Il-kantant Karl Luke Schembri qajjem punt fuq il-midja soċjali hekk kif ġie żvelat li minn Jannar s’issa kull m’ingħataw 2,300 multa biss relatata mal-ksur tal-miżuri tal-Covid-19.
“Mela kellna n-nies jinġabru l-bajja ta’ San Ġiljan, ir-rave li sar u dan ir-ritratt ħadtu jiena l-weekend li għadda, imbaghad tiġu tiktbu li 2,300 taħrika biss ingħataw. Minix qed ngħid li tort tal-pulizija, eċc, pero d-dixxiplina lin-nies u li kulħadd li jinqabad jiġi mħarrek għandha tkun,” kiteb Karl.

Facebook/Karl Luke Schembri
Karl kompla jispjega x’ra b’għajnejh il-weekend li għadda: “Kien hemm ħafna nies li minnhom kienu barranin kollha bla maskra jixorbu u kollha qaqoċċa, ġew il-puluzija u bdew jgħajtu biex kulħadd jilbes maskra u jitlaq ’l hemm u bdew ibattlu d-drinks tan-nies li kien hemm!”

Facebook/Karl Luke Schembri
“U DAWN MA JIĦDUX ĊITAZZJONI! IL-ĦASRA LI BUSINESSES U ĦAJJET IN-NIES QIEGĦDA FIN-NOFS GĦAX KIEKU HAWN MIN ĦAQQU JEĦODHA DIN IL-VIRUS!”
X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan kollu? Taqbel ma’ Karl? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Karl Luke Schembri