"Tifel Ta' Erba' Snin Li Għandu Kanċer U Bħalissa Għaddej Mill-Kimoterapija Jixtieq…" – Angele Tirrikorri Għal Qalb Tajba Tal-Maltin

Jumejn ilu, Angele qasmet storja ta’ tifel ta’ erba’ snin li bħalissa jinsab jissielet kontra l-marda tal-kanċer. Għal dawn it-tfal, sitwazzjoni bħal din dejjem tkun diffiċli iżda tul din il-pandemija, forsi xi ftit aktar.

Angele kitbet, “Tifel ta’ erba’ snin li għandu kanċer u bħalissa għaddej mill-chemo therapy jixtieq toys ta’ Fireman Sam. Dan it-tifel daqt għandu l-birthday. Għall-ewwel ma bediex jrrispondi sew għat-trattament però issa qed juri xi riżultati. Hawn xi ħadd li għandu? Anke xi kostum tal-karnival ta’ dan l-istess karattru. Grazzi ħafna.”





Ilbieraħ Angele talbet għat-talb għal dan iċ-ċkejken għax jidher li ma kienx jinstab daqshekk tajjeb! Nittamaw li ma jdumx ma jeqleb għall-aħjar u jkollu ċans jilgħab b’dak li verament jixtieq fil-jiem li ġejjin grazzi għall-ġenerożità tagħkom.



Facebook / Angele Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI