Waħda mill-aktar affarijiet utli ħafna bħalissa mma li jiswew flus huma s-sanitizers li qed jgħinu tant fl-imxija li ninsabu fiha. Xi kumpaniji qed jagħmlu li jistgħu biex ikunu ta’ appoġġ għalina lkoll billi joħolqu xi inizjattiva.
Fil-fatt għadu kif tħabbar li issa tista’ tieħu sanitizer b’xejn mill-fergħat kollha tal-Maltco minn nhar l-Erbgħa li ġej. Is-sit one news irrapporta dak li qal wieħed mill-uffiċjali tal-Maltco rigward din l-inizjattiva. “F’dan il-perjodu fejn il-Covid huwa fuq l-aġenda ta’ kuljum biex ngħidu hekk tal-aħbar tajjeb li nagħmlu xi ħaġa f’dan ir-rigward u għaldaqstant ħarġet din l-idea sabiex inqassmu dawn il-hand sanitizers mill-ħwienet tagħna.”
Ara aktar f’dan ir-rapport.