Bil-Filmat: Jidher Li Dan Il-Weekend Sar Party Illegali Ġo Pembroke

F’nofs pandemija, bin-numru jiżdiedu u fuq il-mezzi soċjali qed idur filmat ta’ party li allegatament sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġo Pembroke. Ħafna wrew ir-rabja tagħhom li xi ħaġa bħal din ġiet organizzata.





Qed jingħad li l-puluzija kienu fuq il-post wara l-ewwel rapporti u waqfu kollox, iżda mhux magħruf jekk ħarġux xi multi lil min organizza dan il-famuż party. Ħafna qalu li din mhux l-ewwel darba, għax fil-ġimgħat li għaddew, intlemħu filmati oħra fuq il-midja soċjali ta’ parties simili iżda ħadd ma kien jaf jekk dawn ma kinux parties li saru fil-passat jew inkella għaddejjin preżentament.

Wara dan il-party, jidher li hija possibilità li dawn kienu parties oħra li ġraw tul l-aħħar ġimgħat! Ejja nkunu responsabbli u nagħmlu d-dmir tagħna biex il-każijiet ma jkomplu jiżdiedu. Qed imutu n-nies b’dak li wħud minnha qed jagħmlu. Żmien għal dawn l-affarijiet għad jiġi, iżda jekk ħa jibqgħu jsiru dawn l-affarijiet illegali, aktar ħa ndumu.

Facebook / FreeHour Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI