“Grazzi Talli Kont Il-Blata Tiegħi U Kont Warajja Għal Dawn Is-Snin Kollha” – JJoy Lill-Għażiża Ommu F’Għeluq

Id-DJ lokali li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni lokalment qasam ritratt mal-għażiża ommu li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. F’dan il-jum hu kitbilha messaġġ mill-isbaħ fejn awguralha l-isbaħ xewqat.

View this post on Instagram

A post shared by JJOY (@jjoyofficial)

JJoy f’għeluq snin ommu jikteb, “Għeluq sninek it-tajjeb, Ma! Grazzi talli dejjem kont il-blata tiegħi u talli sibt il-paċenzja bija matul dawn is-snin kollha. Naf li trabbi lili ma kinetx faċli, imma ħej, tal-inqas għandek xi stejjer tajbin minnha – jew forsi film sħiħ! Nixtieqlek aktar mħabba, daħk u ferħ bla tarf, illum u dejjem!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha u nittamaw li jkollha sena mimlija mħabba, saħħa u hena f’qalbha. Awguri!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI