Illum Huwa L-Jum Internazzjonali Fejn Niċċelebraw L-Aħwa Nisa!

L-ewwel Ħadd t’Awwissu, li din is-sena ġie llum 3 t’Awwissu, huwa l-jum internazzjonali li niċċelebraw l-oħt jew l-aħwa nisa.

Xejn ma jista’ jitqabbel mar-rabta li għandhom l-aħwa nisa u dan huwa jum biex tgħożż il-qrubija li tifforma hekk kif jikbru flimkien, jaqsmu s-sigrieti tagħhom, il-ħolm tagħhom, u l-ħinijiet divertenti kollha. L-aħwa nisa għandhom konnessjoni profonda li tikber matul it-tfulija u tibqa’ b’saħħitha matul ħajjithom.

Filwaqt li l-oriġini tal-Jum Nazzjonali tal-Aħwa Nisa mhux magħrufa, nistgħu ntraċċaw il-kelma Ingliża ‘oħt’ lura għall-kelma Norveġiża l-Qadima “systir”, li ġejja mill-Proto-Ġermanika “swester.” F’xi soċjetajiet, it-terminu “oħt” twessa’ fit-tifsira kollokjali tiegħu biex jinkludi nisa li huma ħbieb kbar.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI