“Xi Drabi L-Konversazzjoni Tispiċċa Imma L-Konnessjoni Le” – Melanie Kelly Tilqa’ Lil Dr. Lydia Abela Fuq Kellymni

Il-preżentatriċi Melanie Kelly qasmet mument emozzjonanti u sinċier fuq il-midja soċjali wara li laqgħet bħala mistiedna lil Lydia Abela fuq Kellymni – il-Podcast ta’ Gwida, f’episodju li mistenni jixxandar fil-ġimgħat li ġejjin.

Fil-messaġġ tagħha, Melanie ddeskriviet l-esperjenza bħala waħda li tmur lil hinn minn intervista ordinarja, u li ħalliet impatt personali fuqha. Hija kitbet, “Xi drabi l-konversazzjoni tispiċċa imma l-konnessjoni le. Hemm mumenti li ma tistax tippjanahom… biss tħosshom. Illum kien wieħed minnhom.”



Kelly faħħret ukoll l-awtentiċità li wriet Dr Abela waqt l-intervista, u sostniet kemm il-konversazzjoni bejnithom kienet sinċiera u naturali. “Intervista ma’ Dr Lydia, li dehret b’awtentiċità ġenwina. Żewġ nisa. Mument wieħed. Mingħajr bżonn ta’ kliem,” kompliet tgħid.



Skont Melanie, dan kien wieħed minn dawk il-mumenti rari fejn il-kliem ma jkunx biżżejjed biex jesprimi dak li jinħass. “Xi konversazzjonijiet imissu l-moħħ… oħrajn jaslu fir-ruħ. Din baqgħet miegħi,” kitbet, filwaqt li rringrazzjat lil Dr. Lydia Abela għas-sinċerità tagħha.



Il-podcast ta’ Gwida, Kellymni ilu jikseb popolarità għall-istil intimu u personali tiegħu, fejn il-mistednin jiftħu qalbhom u jaqsmu stejjer li jmorru lil hinn. Din l-intervista ma’ Dr Lydia Abela tidher li se tkun waħda minn dawk li tħalli impatt qawwi fuq kull min isegwi.

L-udjenza issa qed tistenna b’ħerqa li tara din il-konversazzjoni li, skont kliem Melanie stess se tasal direttament fil-qalb.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI