Attur Żagħżugħ Malti Jintagħżel Biex Ikun Parti Mill-Kast Tal-Musical ‘The Phantom Of The Opera’

L-attur Malti David Coppini għadu kif intagħżel sabiex ikun parti mill-kast tal-musical ‘The Phantom of the Opera’ hekk kif fix-xhur li ġejjin dan se jkun qed jittella’ f’diversi bliet Ewropej.

Il-musical ‘The Phantom of the Opera’ kien inkiteb lura fis-snin 80 u minkejja li għaddew madwar 40 sena minn meta ttella’ l-ewwel darba f’Londra, madankollu, sal-lum il-ġurnata għadu jattira udjenza kbira ferm tant li matul dawn l-aħħar snin ittella’ f’40 pajjiż differenti u rnexxielu jilħaq iżjed minn 160 miljun ruħ.

Hu proprju għalhekk li s-sehem ta’ attur Malti f’musical bħal dan li rnexxielu jikseb daqstant suċċess tul is-snin huwa ta’ preġju kbir mhux biss għall-attur innifsu iżda wkoll għal pajjiżna.

Prosit tassew!







Ritratti:

Facebook / Phantom of the Opera u Instagram / @bba_management

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI