Fuq il-paġna Maltese Islands Weather ġie ppubblikat aġġornament dwar fenomenu li deher matul tmiem il-ġimgħa, sewwa sew fi nżul ix-xemx.
“Jekk ħarist lejn il-punent fi nżul ix-xemx fi tmiem il-ġimgħa, jaf rajt dan ħdejn ix-xemx. Mock sun jew Sundog bl-Ingliż, u loċċ tax-xemx bil-Malti, tista’ tiġi osservata f’inżul jew tlugħ ix-xemx. Dan jidher bħala roqgħa ta’ dawl qawwi, b’kuluri li jixbħu l-qawsalla, fuq kull naħa tax-xemx.”
Dan jiġi kkawżat mir-rifrazzjoni tad-dawl tax-xemx mill-kristalli tas-silġ li jinsab fis-sħab għoli. “Huma għandhom it-tendenza li jseħħu meta x-xemx tkun baxxa fis-sema,” tikteb il-paġna.