Christabelle Zammit (Belle) hi fost dawk li l-aktar nisimgħu bihom f’dawn l-aħħar xhur u smajna bil-ġid kollu li għamlet mill-ftit lio setgħet. Il-ħidma tagħha tista’ tgħid ammirawha ħafna, għalkemm dejjem ħa ssib min jagħmel il-bsaten.
Belle kellha ċ-ċans taqsam l-esperjenza tagħha fuq il-midja soċjali u l-interazzjoni tagħha mall-pubbliku waqt intervista fuq Popolin. “Insib min jappoġġjani, insib min jgħajjarni… il-midja soċjali daqs kemm hi tajba, hi ħażina”. Belle titkellem dwar ir-reazzjonijiet li tirċievi mingħand in-nies u ssemmi wkoll l-akbar sodisfazzjoni li tħoss meta in-nies jibgħatu messaġġi pożittivi dwar dak li tagħmel, u wkoll juruha li b’dak li tgħid u taqsam fuq il-midja, qed tgħinhom.
Segwi aktar x’qalet Belle rigward il-midja soċjali.
Minn qalbna ngħidulek prosit Belle u j’alla jkollok aktar opportunitajiet fejn taqsam it-talenti tiegħek!