Hector Bruno, twieled fil-Belt Valletta, fis-6 ta’ Lulju, 1959. Illum jagħlaq 61 sena. Hector tista’ tgħid li hu attur popolari u maħbub f’pajjiżna, u ħafna jafuh l-iktar għall-irwoli komiċi. Fatt interessanti li forsi mhux kulħadd jaf hu li aħamel seba’ snin Sindku tal-Belt Valletta.
Il-messaġġ dalgħodu fuq il-midjsa soċjali tal-attur kien messaġġ ta’ ringrazzjament, “Nirringrazzja ‘l Alla 61 sena Ilum. Grazzi lil kulħadd tax-xewqat sbieħ.” Hector ħa sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali iżda wieħed jista’ jgħid li magħruf l-iktar għall-pantomimi fejn kien ikollu l-parti ewlenija tad-Dama.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Hector l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Awguri minn qalbna Hector, nittamaw li nerġgħu narawk ma ndumux fix-xena teatrali f’pajjiżna ħa nerġgħu ngawdu ftit mill-ispettaklu li kapaċi toffri.