Il-grupp Malti, "The Travellers' għadhom kemm nedew kanzunetta bil-Malti fuq il-Milied! Ħoss sabiħ u tipiku ta' 'The Travellers'. Kanzunetta li ser tibqa' mfakkra f'dan il-Milied straordinarju. "Il-Milied huwa żmien li ngħinu lil xulxin. Ġejjin minn sena diffiċli, b'din il-kanzunetta irridu nwasslu messaġġ ta' tama u entużjażmu fuq il-futur" jgħidu l-grupp.
Din il-kanzunetta inkitbet 3 snin ilu u din is-sena ħassew il-mument opportun li joħorġuha. Kliem mill-isbaħ b'melodija li tħallik bla kliem! Proset għal darb'oħra lil dan il-grupp!