Permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tiegħu, Joseph Armani awgura lit-tifel Beppe f’għeluq sninu hekk kif illum jagħlaq għaxar snin.
Armani kiteb, “Awguri f’għeluq snin id-dell tiegħi, il-ħabib żgħir u tewmi tiegħi li nħobb mingħajr kundizzjonijiet. Ħafna drabi tkun handful imma ma nistax nimmaġina ħajjitna mingħajrek. Maħbub mingħand kulħadd, avolja xi kultant tkun ftit wisq, imma xorta t-tbissima sabiħa tiegħek iġġib magħha ferħ u daħk kull fejn tkun. Inħobbok immens Beppinu u nfaħħar lil Alla talli għandi lilek. Awguri f’għeluq l-għaxar sena tiegħek qalb ta’ qalbi.”
Huwa messasġġ verament mimli mħabba li juri l-għaqda li tinsab bejniethom. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali!
Facebook / Joseph Armani