Persuna bgħatet messaġġ lit-tabib Frank Portelli, fejn qaltlu li tinsab ftit konfuża dwar ir-regoli tal-kwarantina.
“Nhar il-Ġimgħa t-tifel tagħna ġie f'kuntatt ma’ każ pożittiv fil-klassi. Ħadna l-prekawzjonijiet tagħna u morna fi kwarantina sakemm kellna aktar tagħrif. Illum għamilna t-testijiet u stennejna r-riżultati.
“Illum ċemplulna u qalulna biex nagħmlu l-kwarantina obbligatorja, siegħa wara reġgħu ċemplulna u qalulna li m'hemmx bżonn li nagħmlu kwarantina, għax għalkemm il-kuntatt ġie pożittiv (għall-Covid-19) hu ma kellu l-ebda sintomi (?)”
Il-persuna spiċċat billi talbet it-tabib jgħinha tagħmel xi sens minn dan kollu. Allura xi jfisser dan kollu? Li jekk wieħed jiġi f’kuntatt ma’ persuna pożittiva li tkun bla sintomi m’għandux għalfejn jagħmel kwarantina?