Fil-familja Bezzina jidher li għadu kemm kien hemm aħbar sabiħa hekk kif Charles Bezzina, missier il-kantanti Gianluca u Dorothy irċieva premju prezzjuż immens!
“Kburija ħafna bil-MISSIER!” – hekk kitbet Dorothy hekk kif ħabbret li missierha Charles ġie ppremjat Lifetime Achievement Award waqt il-Malta Health Care awards! Il-ferħ u l-applaws hekk kif tħabbar isem Charles jinstema fil-filmat u huwa evidenza biżżejjed ta’ kemm hi familja magħquda.
Bosta kienu li ferħulhom speċjalment lill-bravissimu Charles! F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt ninsabu tassew ferħanin għall-familja Bezzina u nixtiequ nifirħu lil Charles!