Illum Madonna Tagħlaq 63 Sena U Tidher Iżgħar Minn Qatt Qabel!

Illum il-leġġenda u l-ikona Madonna tagħlaq 63 sena. Hi twieldet Michigan, l-Istati Uniti fis-16 ta’ Awissu 1958.

Minbarra d-diskografija inkredibbli tagħha li tinkludi kanzunetti bħal Hung Up, Papa Don’t Preach, Like A Virgin, Like A Prayer, Music, La Isla Bonita, Frozen, Vogue u Material Girl, hija famuża wkoll għax-xogħol filantropiku tagħha kif ukoll talli mbuttat il-konfini konserattivi tas-soċjetà u wittiet it-triq għan-nisa li jesprimu s-sesswalità tagħhom u d-drittijiet LGBTQ+.

Kienet ukoll f’films bħal Evita li għalih rebħet il-Golden Globe Award fil-parti ta’ Eva Perón. Madonna hija meqjusa bħala l-aqwa artista mara ta’ kull żmien, li għandha rekords ta’ tours u albums bl-aħjar bejgħ.

Illum se tkun qed tiċċelebra għeluq sninha fl-Italja u għandha xewqa waħda biss għal rigal: li n-nies jagħtu donazzjoni lill-fondazzjoni Malawi biex tgħin it-tfal foqra tal-Malawi.



M





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI