Peppi Dwar Miss Universe Malta: “Sirna Villaġġ Wieħed!”

Peppi qasam dak li jaħseb hu dwar il-fatt li Miss Universe mhux Maltija. Peppi fakkar lil Maltin fi tlett sitwazzjonijiet fejn Maltin marru barra minn xtutna u ħarġu b’suċċess. Fakkar kif dawn l-istess nies li qed jgħidu kontra l-fatt li Miss Universe hi tfajla mill-Venezwela, kienu ferħu meta dawn il-Maltin għamlu suċċess barra minn xtutna.

Peppi jgħid li dawn l-istess Maltin “kienu rrabjati illi Emma Muscat ma ghadditx għall-fażi finali ta’ Amici”, ikompli billi jgħid “meta Kevin Borg rebaħ il-Pop Idol ta’ Sweden, tgħidx kemm fraħna” u fl-aħħar eżempju li jġib hu ta’ mudella lokali “meta Tiffany Pisani rebħet il-Britain’s Next Top Model... Ħadna gost!”

Il-punti li jippreżenta Peppi huma kollha validi u ngħiduha kif inhi, nieħu pjaċir naraw Malti jikseb suċċess barra minn xtutna. Peppi jgħid “mhux qed nifhmu li d-dinja inbidlet, sirna villaġġ wieħed. Ma nistgħux nibqgħu ngħidu Maltin, imma rridu ngħidu nies li jgħixu f’Malta u bħala persuni li ngħixu f’Malta ningħaqdu u nitgħallmu ngħixu flimkien u ma nagħmlux differenzi għax kollha ngħixu f’Malta.”

Kien hemm numru ta’ reazzjonijiet għal dan il-filmat, u għalkemm ħadd ma jiċħad is-sbuħija tat-tfajla, ħafna ġabu l-argument li din ħa tkun qed tirrapreżenta lil Malta, filwaqt li Emma Muscat, Kevin Borg u Tiffany Pisani kienu qed jikkompetu bħala individwi u mhux f’isem Malta f’dawn il-kompetizzjonijiet barranin.

Ovvjament oħrajn qajmu l-argument, li tfajla m’għandha l-ebda tort la r-regoli tal-kompetizzjoni ħallewha tikkompeti. Aħna ta’ Gwida.mt ilbieraħ tkellimna mat-tfajla u jidher biċ-ċar li din lesta ġġorr il-bandiera Maltija bl-aħjar mod possibli sabiex tikseb isem għall-pajjiżna. Jgħidu x’jgħidu ħafna, dak hu r-riżultat u minn hawn nawguraw lil Teresa Ruglio l-isbaħ xewqat f’din il-kompetizzjoni.

Facebook / Peppi Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI